L-Awtorità tal-Ippjanar aġġornat mingħajr ma ddeċidiet dwar ir-revoka ta’ għaxar permessi għall-estensjonijiet li nħarġu lill-fish farms. Issa dawn l-operaturi għandhom sat-22 ta’ Settembru biex jipproponu mezzi kif se jirrilokaw il-gaġeġ tagħhom. Immedjata kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru fuq Twitter.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-operaturi qalu li deċiżjoni biex ikunu revokati permessi għall-estensjonijiet kienet tħalli impatt negattiv ħafna fuq settur li jikkontribwixxi b’mod sinnifikanti lejn l-ekonomija tal-pajjiż. Qalu li t-tneħħija tal-permessi tkun tiswa lill-idnustrija €150 miljun.