Kmieni l-Ħadd filgħodu, waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tan-nies fl-Imdina, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sostna li Malta qed taħdem qatigħ fis-settur tal-infrastruttura fejn rajna investiment qawwi fl-infrastruttura fl-iskejjel, dik diġitali, industrijali, fit-toroq, fis-Central Link, Housing u anke abmjent.
Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fejn ħabbar li fis-sigħat li ġejjin ser ikunu qed jinfetħu tliet flyovers oħra fil-proġett tal-Junction tal-Marsa u li fi ftit ġimgħat oħra se jinfetħu s-sebgħa li huma.
Intant, fl-intervent tagħha s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli li hija wkoll għalliema qalet li post it-tfal huwa l-iskola biex jikbru b’mod san, hekk kif jiltaqgħu ma’ sħabhom u l-għalliema.
Zerafa Civelli qalet li b’dan jitgħalmu kif għandhom jieħdu ħsieb tagħom infushom.
Semmiet ukoll l-irwol tal-mara u l-ħidma ta’ dan il-Gvern li qed ipoġġi n-nisa fl-ogħla karigi.