Malta għandha fost l-iżjed nies li huma sidien ta’ darhom minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ skont statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
F’din l-istatistika ħareġ kif f’Malta hawn kważi tnejn u tmenin fil-mija tan-nies li huma sidien ta’ djarhom.
Dan filwaqt ftit iżjed minn tmintax fil-mija tal-Maltin qed jikru l-propjetà li jgħixu fiha.
Ir-rata ta’ pajjiżna tiżboq sew il-medja fl-Unjoni Ewropea, hekk kif hawnhekk dawk sidien ta’ djarhom huma ftit inqas minn sebgħin fil-mija, filwaqt li dawk f’kirja huma ftit iżjed minn tletin fil-mija.
Din l-istatistika tal-EUROSTAT turi kif fi żmien sena, f’Malta dawk sidien ta’ djarhom żdiedu b’wieħed punt tlieta fil-mija.
Fost l-iżjed pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandhom l-aktar sidien ta’ darhom huma r-Rumanija, l-Islovakkja, il-Kroazja u l-Litwanja.
Filwaqt li l-aktar pajjiżi li għandhom persuni b’dawk b’kirja fl-Unjoni Ewropea huma l-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Iżvezja u l-Lussemburgu.