Permezz ta’ care orders, tfal jitpoġġew taħt is-sorveljanza ta’ awtoritajiet lokali, li jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trobbija minflok il-ġenituri.
Il-Parlament għadu kemm approva liġi li permezz tagħha, se tkun il-Qorti li toħroġ care orders u l-Ministru mhux se jibqa’ aktar responsabbli. Se jkun hemm bord apposta li jaħdem id f’id mal-Qorti li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u jħejji r-rapporti biex jippreżentahom il-Qorti, fejn fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi hi x’għandu jsir dwar it-trobbija tat-tfal li jinqalgħu mill-ġenituri naturali tagħhom biex jitrabbew għand il-foster parents.
L-Avukata Giuliana Scerri Ferrante spjegat l-importanza ta’ dan kollu waqt il-programm Pjazza. Fuq kollox saħqet li care orders se jkunu wżati biss meta ma jkun għad fadal assulutament l-ebda triq oħra.