Bejn l-1 ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Settembru mhux se jkun permess li jsiru xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavar f’żoni turistiċi.
Din hija inizjattiva tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li l-Awtorità tat-Turiżmu elenkat iż-żoni turistiċi.
Din l-inizjattiva qed issir biex dawn ix-xogħlijiet ma jtellfux is-settur turistiku u li dawk li jmorru joqogħdu f’vileġġjatura.
Min jixtieq jirrapporta xi ksur jista’ jċempel fuq: 22900000
Għal-lista ta’ lokalitajiet u toroq li fihom ma jistgħux isiru dawn ix-xogħlijiet, wieħed jista’ jżur is-sit tal-MTA.