Fis-sajf li ġej, il-Kunsill Ewropew se jibda jiddiskuti l-applikazzjoni Ukrena sabiex issir membru stat fl-Unjoni Ewropea.
Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waqt żjara fl-Ukrajna, fejn iltaqet mal-President Ukren Volodymyr Zelensky.
F’din iż-żjara fi Kyiv, von der Leyen ippreżentat id-dokumenti meħtieġa lill-President Ukren.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li permezz t’hekk se tibda t-triq sabiex l-Ukrajna membru stat tal-Unjoni Ewropea.
Hija saħqet ukoll li r-Russja mhux se tkompli tiżviluppa ekonomikament, waqt li l-Ukrajna se timxi ‘l quddiem fil-familja Ewropea.