Jelle Rijpma, ir-raġel ta’ 22 sena u li qed jiġi akkużat li fit-tlieta ta’ Awwissu li għadda qatel lit-tfajla tiegħu Shanon Mak ta’ 30 sena, spejga mal-investigaturi li kien waqt saħna tal-mument li qabad sikkina u qatel lil Mak fit-triq.
Is-Supretendent Raymond Cassar spjega quddiem il-Qorti s-sekwenza li wasslet għall-qtil tat-tfajla. Hu spjega kif it-tfajla nstabet f’għadira demm bejn karozza u ħajt ħdejn l-appartament tal-akkużat fi triq il-Mastrudaxxi f’Santa Venera.
Waqt li kien qed jiġi interrogat mill-pulizija eżatt wara li ġie identifikat il-ġisem tat-tfajla, Rijpma spjega kif kellu argument ma’ Mak il-lejl ta’ qabel. Fil-Qorti llum xehdu t-tabib tal-emerġenza Dr. Michael Cassar, u Sarah Portelli, li kienet taħdem fl-istess kumpanija mal-akkużat u l-vitma u li wkoll għenet f’dan il-każ
Is-Supredentent Cassar spjega lill-Maġistrat Simone Grech kif l-akkużat għall-bidu rrifjuta l-assistenza legali u ġie interrogat biss xħin waslet l-avukat difensur Leontine Calleja.