Kien jingħad li l-waiting lists jispiċċaw jew jonqsu biss meta tispiċċa d-dinja. Dikjarazzjoni li spikkar l-iktar meta qalha l-eks Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. Analiżi li għamilna u li xxandret fil-programm News.Mt turi kif f’bosta oqsma l-listi ta’ stennija tant naqsu li spiċċaw.
F’oħrajn għad hemm xi jsir, iżda t-titjib huwa evident. Tkellimna mal-Ministru u l-esperti fil-qasam tas-saħħa fir-rapport dettaljat li jidher fil-filmat.