“Għeżież qraba u ħbieb, illum jien u Joseph nixtiequ ngħidulkom li żżewwiġna, qed nħabbrulkom dan b’emozzjoni u ferħ” Kien dan kliem, ta’Katia Capato li issa hija mart Pino Scicluna li qed jiġġieled għal ħajtu.
Bħal Bjorn u Maria, hemm min jagħti valur lill-imħabba u jagħti tifsira ġdida lil-kliem ‘fis-saħħa u fil-mard’ hekk kif minkejja l-kundizzjoni ta’dak li issa huwa żewġha xorta waħda din il-mara b’qalb kbira xtaqet tiżżewweġ lill-maħbub tagħha.
Katia li hija Taljana spjegat li minkejja li ma setgħux jistiednu lil dawk li huma għeżież għalihom xorta waħda japprezzaw l-imħabba u r-rispett tagħhom f’dawn il-mumenti diffiċli. Il-ġurnata taż-żwieġ ta’din il-koppja żgur li ma kienx wieħed li joħlom dwarhu meta tkun għadek ċkejken, hekk kif iżżewġu fl-isptar fejn Pino, li huwa Malti, qed jingħata l-kura medika.
Tispikka l-emozzjoni fuq fomm Katia u Pino, espressjoni ta’mħabba fis-sempliċitá tagħha mdawrin bl-istaff mediku u dedikat tal-isptar, li għalih kellhom biss kliem ta’ringrazzjament.