Bejn is-6 u 16 ta’ Lulju se tkun għaddejja l-Fiera l-Kbira fil-Montekristo Estates. Fiera li l-ħinijiet tagħha se jkunu bejn is-sitta ta’ filgħaxija u l-ħdax ta’ filgħaxija.
F’din ir-raba edizzjoni tal-Fiera l-Kbira se jkun hemm iktar minn 200 esebitur, b’taħlita kbira ta’ prodotti u servizzi li se jkunu għall-bejgħ f’Ħal Luqa.
Paul Abela, wieħed mid-Diretturi tal-Fiera l-Kbira, spjega kif apparti minn hekk, se jkun hemm numru ta’ tined li se jkunu qed ibiegħu varjetà ta’ ikel.
Fil-Fiera l-Kbira ta’ dis-sena se jkun hemm xi ħaġa ġdida. Din se tkun il-Montekristo Colours, fejn se jkun qed jintrama fun park iddedikat għat-tfal. Fun park li se jinkludi wkoll żewġ swimming pools.
Il-press tal-entratura għall-fiera se jkun dak ta’ €2.50, filwaqt li se jkun hemm servizz ta’ shuttle bus mill-Belt Valletta bi prezz ridott.
Għal kull min se juża l-vettura tiegħu, se jkun jista jagħmel użu minn żewġ postijiet ta’ parkeġġ, filwaqt li t-traffiku se jkun organizzat mill-gwardjani lokali.
Waqt il-Fiera l-Kbira, ta’ kuljum se jittellgħu numru ta’ premjijiet, fosthom air conditions, vaganza f’Għawdex u xirja ta’€150.