Firda, attakki, ideat kunfliġġenti u ebda viżjoni għall-pajjiżna. Dawn kienu l-elementi li kkaratterizzaw dibattitu ta’ aktar minn sagħtejn bejn il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Ma setgħux jonqsu l-argumenti, il-botti u r-risposta, bejn il-kandidati għat-tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista li fi kliem il-kandidat Frank Portelli ġew mistiedna “jitqatlu” b’mod dirett fuq it-televiżjoni. Fil-fatt id-dibattitu espona dejjem aktar il-firda li teżisti fil-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia fetaħ id-dibattitu b’attakk kontra l-Partit li qed jaspira li jmexxi għall-mod kif ħalla u qed jippermetti lill-blogger tal-Partit Nazzjonalista, Daphne Caruana Galizia, tmexxi lill-Partit Nazzjonalista.
Dan wara li aktar kmieni llum f’konferenza tal-aħbarijiet ċaħad l-allegazzjonijiet li qed tagħmel fil-konfront tiegħu Caruana Galizia li qed tallega li Delia għandu kont bankarju f’Jersey. B’reazzjoni għal allegazzjonijiet oħra li qed tagħmel il-blogger tal-Partit Nazzjonalista, dak li mal-miljun sterlina ġejjien minn prositutzzjoni f’Londra daħlu fil-kont bankarju li qed jiġi allegat li għandu Delia f’Barclays, Delia qal li għada filgħodu se jkun qed jiftaħ libell ieħor.
Minkejja li tal-kandidati, li qed tappoġġja l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista flimkien mal-kap caretaker Simon Busuttil, Chris Said u Alex Perici Calascione, Delia ma sabx l-appoġġ, sab biss is-solidarjetá ta’ Frank Portelli.
B’Portelli kellu kliem iebes fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u qal li “kieku kien hemm xi ħaġa serja misshom ġabuha għand il-Kummissjoni Elettorali.”
Meta ġew mistoqsija dwar il-koalizzjoni ta’ konfużjoni bejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia r-risposta kienet waħda ta’ kritika għad-deċiżjoni tal-kap caretaker, b’Delia jgħid li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuq statistika numerika li kienet skoretta għall-aħħar u bi Chris Said, li kien parti mid-deċiżjoni sejjaħ il-koalizzjoni bħala “forċina”.
Intant, Chris Said kompla jisħaq li jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. Minkejja l-kundanna tal-kommunitá gay, kompla jinsisti li jekk ikun elett Kap jerġa’ jiftaħ il-liġi li tat l-istess drittijiet lill-persuni LGBTIQ.
B’dan il-kumment ikun wieħed mill-kummenti tal-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li kompla juri n-nuqqas fl-ideat u l-element konservattiv li ma jridx li s-soċjeta’ timxi ‘l quddiem. Ma naqsitx battuta ċara lejn il-blogger tal-Partit Nazzjonalista, bil-kliem “jien qatt ma tfajt platti lejn il-mara tiegħi.”