Il-President Amerikan Barack Obama qal li kien ordna lill-President Russu Vladimir Putin biex iwaqqaf it-tattiċi li kien qed juża waqt l-elezzjoni tal-pajjiż. Dikjarazzjoni li tikkonkludi li Vladimir Putin kien jaf dwar sistemi ta’ hacking, filfatt Obama qal li fir-Russja xejn ma jsir mingħajr Putin.
Obama qal li kien f’Settembru ta’ din is-sena li lil Putin avżaħ dwar konsegwenzi serji.
Xahar wara, l-Istati Uniti akkużat lir-Russja li qed tindaħal fil-proċess demokratiku.
Obama qal li l-Istati Uniti kien se jirrispondi għat-tattiċi Russi, mingħjar ma qal kif. Kien kwotat jgħid li l-modi li jużaw ir-Russia se tużahom l-Istati Uniti u dan permezz t’attakk fuq sistemi teknoloġiċi.
Dawn il-kummenti Obama qalhom fl-aħħar konferenza tiegħu għal din is-sena.
Mingħajr semma isem is-suċċessur tiegħu, jiġifieri Donald Trump, Obama qal li r-Republikani mhumiex konxji tas-serjetà tal-każ, l-involviment tar-Russi fl-elezzjonijiet tal-Istati Uniti.
Obama appella lil Trump biex jinvestiga l-każ.