Ikompli jikber it-tħassib dwar is-saħħa tal-kritiku u l-mexxej tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny.
Filfatt il-Ġermanja ngħaqdet ma’ diversi pajjiżi oħra sabiex Navalny jingħata trattament mediku.
Aktar kmieni, ħames mitt tabib Russu ffirmaw ittra ndirizzata lill-President Russu Vladimir Putin fejn talbu lill-awtoritajiet tal-ħabs sabiex jieqfu jabbużaw lil Navalny.
L-avukat ta’ Navalny qal li ġie invistat minn tabib iżda mhuwiex jingħata l-mediċina li għandu bżonn.
Alexei Navalny innifsu qal li qed jiġi mċaħħad minn mediċina bażika minn uffiċjali tal-ħabs.
Fid-dawl ta’ dan, kelliem għall-Gvern Ġermaniż qal li Navalny għandu bżonn assistenza medika urġenti kif stqarrew tant ċar it-tobba Russi.