Nirien li ħakem sptar f’San Pietruburgu qatel ħames pazjenti bil-Coronavirus u li kienu qed jiġu kkurati fit-taqsima tal-kura intensiva.
Huwa mifhum li n-nirien beda minn short elettriku ta’ ventilatur. 150 persuna ġew evakwati mill-binja filwaqt li n-nirien ġew ikkontrollati f’qasir żmien.
Ir-Russja għandha t-tielet l-ogħla rata ta’ numru ta’ infezzjonijiet ikkonfermati madwar id-dinja.
Fil-jum tat-Tnejn, il-President Russu Valdimir Putin, ħabbar tnaqqis ta’ restrizzjonijiet kontra l-imxija tal-coronavirus minkejja li rraportaw żieda rekord ta’ każijiet.
Fil-belt Russa, Moska, il-pubbliku huwa obbligat li jilbes il-maskri u ingwanti meta jużaw it-trasport pubbliku kif ukoll meta jidħlu fil-ħwienet.