Żewġ nisa inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’ċentru kummerċjali fir-Repubblika Ċeka.
Il-pulizija qalu li kienu arrestaw żagħżugħ suspettat li kellu x’jaqsam mal-attakk f’ħanut fil-belt ta’ Hradec Králove, madwar mitt kilometru fil-Lvant tal-belt kapitali Praga.
Jidher li ż-żewġ nisa kienu impjegati fl-istess ħanut.
Is-suspettat ġie interċettat madwar 10 minuti wara, anqas minn kilometru ’l bogħod mix-xena tad-delitt.
Infetħet investigazzjoni dwar il-mottiv tal-attakk hekk kif il-pulizija ddikjaraw li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.
Il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Petr Fiala bgħat il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi hekk kif f’post fuq il-midja soċjali X qal li dak li ġara huwa att bla sens u orribbli.