Fir-Renju Unit qed tiddomina l-frustrazzjoni tal-poplu b’rabta mat-tneħħija ta’ xi restrizzjonijiet minn meta beda l-lockdown fl-Ingilterra.
Ir-rata ta’ mwiet fir-Renju Unit niżlet għal 170, l-anqas rata mindu beda l-lockdown.
Ir-Renju Unit qed jipprovdi 84 miljun dollaru addizzjonali sabiex iħaffef il-proċess biex tinstab vaċċin.
L-eks President tal-Istati Uniti Barack Obama kkritika lis-suċċessur tiegħu Donald Trump għal mod kif indirizza din il-pandemija.
Is-Segretarju tal-Istat għan-Negozji, Alok Sharma, spjega kif s’issa 6 mediċini jinsabu għaddejjin b’testijiet kliniċi.
Intant, aktar minn 311,000 persuna tilfu ħajjithom globalment kawża ta’ dan il-virus fejn s’issa ġew infettati aktar minn 4,600,000 persuna minn madwar id-dinja.