Il-kabinet Ingliż mistenni li jiltaqa’ sabiex jiġi diskuss iktar tnaqqis ta’ restrizzjonijiet tal-lockdown b’rabta mal-Coronavirus.
Dan fid-dawl li l-Prim Ministru Boris Johnson qed ikompli jiġi maħkum dwar il-każ tal-Konsulent Ingliż Dominic Cummings wara li ġie akkużat li kiser ir-regoli tal-lockdown.
Membru parlamentari Ingliż tenna li l-messaġġ tal-Gvern Ingliż huwa mminat u jrid li Cummings jirreżenja.
Johnson iddefenda lil Cummings, wara li l-istess Cummings kiser regola tal-lockdown għax vjaġġa minn Londra għal Durham.