Fir-Renju Unit huwa mistenni li jkun hemm aktar minn 10,000 persuna li tmut kawża tal-Coronavirus fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa. Dan l-istħarriġ saħqu l-Professur John Ashton li huwa d-direttur tas-saħħa pubblika.
Ashton talab ukoll sabiex jiffukkaw aktar fuq l-anzjani u dawk l-aktar vulnerabbli minn dan il-virus.
Sal-jum tal-Ġimgħa fir-Renju Unit ġew ikkonfermati 980 persuna oħra mejta. Dan l-ammont jaqbeż dak ta’ ġurnata f’pajjiżi oħra bħal Italja u Spanja.
Uffiċjal tas-saħħa Ingliża qalet it-total ta’ persuni li mietu fl-isptarijiet huwa ta’ aktar minn 8,900 filwaqt aktar minn 5,700 persuna oħra rriżultaw fil-pożittiv għall-Coronavirus.