Ir-regolatur tal-mediċini fir-Renju Unit japprova l-użu tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li ġie żviluppat minn xjentisti fl-Università ta’ Oxford u mmanifatturat minn AstraZeneca. Dan il-vaċċin huwa t-tieni wieħed li ġie approvat fir-Renju Unit.
Din l-approvazzjoni, li turi kemm dan il-vaċċin hu sigur u effettiv, se tkun qed tfisser espansjoni ta’ tilqim għaċ-ċittadini fir-Renju Unit u għalhekk il-ħajja għan-normalità tirritorna mingħajr aktar dewmien.
Ir-Renju Unit ordna 100 miljun doża, biżejjed biex jitlaqmu 50 miljun persuna.
Il-proċess għall-vaċċin Oxford-AstraZeneca beda fl-ewwel xhur tal-2020 u ġie ttestjat fuq l-ewwel persuna f’April. Sussegwentament, saru aktar testijiet kliniċi fuq eluf ta’ nies.
Għad-differenza tal-vaċċin ta’ Pfizer-BioNTech, il-vaċċin żviluppat minn Oxford jista’ jinħażen f’temperaturi ferm inqas kesħin, u għalhekk jagħmel il-loġistika għat-tqassim ta’ dan il-vaċċin– b’mod speċjali fi djar tal-anzjani – aktar faċli.