Ir-rata ta’ mwiet fir-Renju Unit ukoll kompliet tiela’ hekk kif fl-aħħar sigħat mietu madwar 700 persuna. Il-Prinċep Karlu li wkoll ġie konfermat bħala pożittiv għall-Coronavirus fetaħ sptar apposta għal din is-sitwazzjoni.
S’issa fir-Renju Unit saru 173,784 test li minnhom ħarġu 38,168 każ pożittiv. Sfortunatament 3,605 mietu kawża ta’ dan il-virus. Ir-Reġina Eliżabetta mistenniha tindirizza lin-nazzjon il-Ħadd li ġej.
Intant il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li għadu f’iżolazzjoni minħabba li għad għandu s-sintomi tal-Coronavirus.
Dan minkejja li għaddiet ġimgħa minn meta Johnson ittestja pożittiv huwa xorta għandu temperatura għolja.
Huwa stqarr fuq il-midja soċjali li għalkemm qed iħossu aħjar xorta għad għandu sintomi ħfief.