Fir-Renju Unit, Eamonn Harrison ta’ 23 sena huwa mfittex mill-pulizija b’konnessjoni mas-sejba ta’ 39 iġsma Vjetnamiżi li nstabu ffriżżati ġo trakk f’Essex sabiex jiġu estraditi mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit.
Harrison huwa akkużat bi traffikar tal-bnedmin u diversi rejati kif ukoll b’omiċċidju fuq 39 persuna.
Huwa wieħed miż-żewġt irġiel Irlandiżi akkużati b’omiċċidju wara s-sejba li saret viċin Londra s-sena li għaddiet.
L-avukat ta’ Harrison talab għaċ-ċans sabiex jiġi kkunsidrat l-ġudizzju finali. Il-Qorti ordnat li dan il-każ jiġi differit għal 4 ta’ Frar li ġej.