Il-Federazzjoni tal-Pulizija fl-Ingilterra u Wales stqarret li m’għadx għandha fiduċja fil-Segretarju għall-Intern Priti Patel wara li ġew iffriżati l-pagi tal-Pulizija.
Il-Federazzjoni qalet li filwaqt li l-Gvern Ingliż juża diskors li japprezza l-isforzi tal-pulizija imbagħad ma joffriex titjib fis-salarji ta’ dawk li huma meqjusa bħala eroj.
Dawk l-uffiċjali li jaqilgħu aktar minn £24,000 se jkollhom il-paga tagħhom friżata.