L-iskema ta’ ħlas ta’ pagamenti lill-ħaddiema li jinsabu bil-frank minħabba l-Coronavirus fir-Renju Unit ġiet estiza sa Ottubru.
Dan tħabbar waqt konferenza stampa indirizzata mill-Kanċillier tal-Fond Konsolidat tar-Renju Unit Rishi Sunak, fejn ikkonferma li l-ħaddiema se jkomplu jirċievu 80% tal-pagi sa massimu ta’ 2,500 Sterlina kull xahar.
Huwa stmat li 7.5 miljun ħaddiema fir-Renju Unit huma koperti b’din l-iskema. Il-Kanċillier qal li l-Gvern se jkun qed jestendi din l-iskema biex jgħati serħan il-moħħ lil dawk kollha li f’dan il-perjodu ta’ sfida sabu kenn f’din l-iskema.