Waqt id-diskors tiegħu t-Tnejn filgħaxija il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson appella lil poplu tar-Renju Unit sabiex jibqgħu ġewwa djarhom. Għajr sabiex jixtru l-affarijiet bażiċi u mediċi u huwa permess li joħorġu minn djarhom sabiex jagħmlu xi eżerċizzju sa massimu ta’ darba f’ġurnata. Saħaq biex dawk li jistgħu jaħdmu mid-dar, dan jagħmluh.
Johnson għalaq ħwienet li mhux essenzjali u postijiet pubbliċi oħra bħal bandli. Huwa pprojbixxa attivitajiet pubbliċi ta’ tnejn min-nies jew aktar bl-eċċezzjoni ta’ jekk relatati ma’ xogħol jew persuni li jgħixu flimkien.
Intant fil-kumplament tad-dinja qed isiru taħdidiet bejn il-Prim Ministru Ġappuniż u l-kumitat tal-Olimpjadi rigward il-pass ‘il quddiem.
Filwaqt li l-kumpanija tal-ajruplani Boeing f’Seattle għalqet taħt kwarantina għal 14-il jum.