Ir-regolatur tal-mediċini fir-Renju Unit approva l-pillola Paxlovid żviluppata mill-kumpanija Pfizer għal adulti li għandhom sintomi ħfief jew moderati tal-COVID-19.
Skont studji li saru, juru li l-pillola għandha kapaċità u hija effetiva sabiex tnaqqas b’mod drasstiku id-dħul fl-isptarijiet kif ukoll l-imwiet ta’ persuni f’riskju għoli għall-virus.
Fil-fatt, provi kliniċi fost adulti b’riskju għoli kkonkludew li jekk il-pillola tittieħed darbtejn kuljum għal ħamest ijiem tnaqqas id-dħul fl-isptarijiet u l-imwiet ikkawżati mill-COVID-19 b’89%.