Matul l-aħħar kwart tal-elfejn tlieta u għoxrin, il-bilanċ fil-kont kurrenti ta’ Malta rreġistra surplus ta’ €12.6-il miljun.
Dan ħareġ minn statistika ippublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO li ċifri proviżorji bejn Ottubru u Diċembru li għadda, juru li Malta kellha surplus bejn il-flus li ħarġu u li daħlu fl-ekonomija tagħha. Dan meta mqabbel ma’ defiċit ta’ tmienja u tletin miljun ewro fl-istess perjodu, is-sena ta’ qabel.
L-istatistika turi li dan is-surplus wasal primarjament wara riżultat ta’ bilanċ pożittiv fil-kont tas-servizzi fl-ammont.
L-NSO spjega li fl-istess perjodu, il-kont kapitali rreġistra bilanċ pożittiv ta’ kważi ħamsa u għoxrin miljun ewro.