L-avventura l-ġdida ta’ HazZzard ser tirritorna bl-għaxar edizzjoni minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru, fit-20:35 fuq ONE.
Waqt l-avventura ta’ din is-sena, ser insegwu l-esperjenza ta’ grupp ta’ persuni ordinarji li flimkien jagħmlu affarijiet straordinarji, f’destinazzjoni remota ‘l bogħod ħafna minn xtutna. Esperjenza unika li l-parteċipanti jibqgħu iġorru għal matul ħajjithom kollha.
Kull destinazzjoni għandha l-awtentiċita’ u s-sbuħija tagħha. Bħall-edizzjonijiet preċedenti, din is-sena HazZzard għażel destinazzjoni mill-isbaħ u ser jieħu lill-parteċipanti fl-isbaħ postijiet ta’ din id-destinazzjoni. It-telespettaturi tal-programm jistgħu jgħixu dan il-vjaġġ u jpaxxu lill-għajnejhom b’xenarji panoramiċi u spettakolari.
HazZzard bil-parteċipanti l-ġodda, jibda t-Tnejn, 26 ta’ Settembru, fit-20:35 fuq ONE.