L-FA Franċiża qed tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ turnament Final Four biex jingħata t-titlu ta’ champions tal-Ligue 1, skont il-ġurnal awtorevoli L’Equipe.
L-FA Franċiża bħalissa qed tippjana li tbiddel il-format tal-futbol professjonali Franċiż sabiex issir struttura ta’ governanza ġdida ispirata mill-Premier League bil-League 1 u League 2 li se jkunu affettwati direttament.
Il-mudell li l-franċiżi qed jħarsu lejh, huwa similli ħafna għal dak li ġie addottat f’360Sports Malta Premier matul l-istaġun li għadu kif intemm.
L-idea tal-President tal-FA Franċiża Damien Comolli huwa li jerġa joħloq kampjonati interessanti u eċċitanti hekk fl-aħħar snin l-għola diviżjoni tal-futbol franċiż kienet dominata minn PSG li riċentament rebħu r-raba titlu konsekuttiv tal-Ligue 1.
Format bħal dan diġà jintuża fl-Arkema Première Ligue – l-ogħla livell Franċiż fil-futbol tan-nisa – fejn it-tim fl-ewwel post jiffaċċja t-tim li jinsab fir-raba’ post f’semifinali. It-tieni semi-finali tara lit-tieni u t-tielet jiffaċċjaw lil xulxin. Il-finali mbagħad tiddetermina ċ-champions għal kollox. L’Equipe żżid li din il-proposta ġiet milqugħa b’mod favorevoli minn diversi partijiet interessati fil-Ligue 1.
Ritratt: Getty