Matul il-jiem li għaddew 40 kelb mietu minħabba marda li għada mhijiex magħrufa.
L-ewwel ftit każijiet kienu rrappurtati f’Oslo, iżda kien hemm każijiet oħra f’13-il belt oħra.
L-Istitut tal-Veterinarji fin-Norveġja għadu mhuwiex ċert jekk il-kawża ta’ dawn l-imwiet fil-klieb humiex żewġ batterji differenti li nstabu fl-awtopsji. Minkejja dan l-isititut mhuwiex iwarrab il-possibilità li jista’ jkun li kawża ta’ dawn l-imwiet hija s-salmonella, dan wara testijiet ta’ demm li saru fuq tliett iklieb.
Il-midja Svediża qed tirraporta li kelb ittieħed l-isptar tal-annimali wara li ħa sehem f’programm televiżiv Norviġiż, fil-belt ta’ Trondheim.
Għadu mhux magħruf jekk din il-marda ttieħidx jew le, iżda s-sidien tal-klieb ingħataw il-parir mill-awtoritajiet ikkonċernati tal-pajjiż biex kemm jista’ jkun jevitaw il-kuntatt ma’ klieb oħra.
Ritratt: AFP