Għall-ħabta tan-12:30pm mistenni jitressaq il-Qorti, Noel Azzopardi ta’ 39 sena mir-Rabat mixli bl-omiċidju ta’ Eric Borg.
Noel Azzopardi huwa s-suspettat ewlieni f’dan l-omiċidju li seħħ fl-ewwel jum tas-sena għall-ħabta tat-15:30 fi Triq il-Fidloqqom, fl-inħawi tan-Nigret.
Sorsi ta’ ONE News indikaw li s-suspettat ta ruħu b’idejh lill-Pulizija wara li allegatamet spara żewġ tiri ta’ senter fuq Eric Borg, aktarx mill-viċin bil-konsegwenza li qaltlu fuq il-post.
Rapporti fil-midja qalu li l-allegat argument li wassal għall-qtil ta’ Borg kien dwar għelieqi.
Azzopardi se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.