Il-Grupp FIMBank ħabbar profitt ta’ wara t-taxxa ta’ USD 6.1 miljun għall-ewwel sitt xhur tal-2018, żieda ta’ 47 fil-mija fuq il-USD 4.1 miljun irreġistrat tul l-istess perjodu fl-2017. Dawn iċ-ċifri joħorġu mill-pubblikazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji tal-Grupp għal-ewwel nofs tas-sena 2018 li kienu approvati fl-14 ta’ Awwissu 2018 f’laqgħa tal-Bord tad-Diretturi.Tul dan il-perjodu, ir-riżultati mill-operat triplaw – jiġifieri id-dħul mill-operat bit-tnaqqis tal-ispejjeż operattivi minn USD 2.7 miljun għal USD 9.8 miljun hekk kif il-Grupp tejjeb id-dħul tiegħu b’USD 4.4 miljun u naqqas l-ispejjeż tiegħu b’USD 2.7 miljun. Dan kien kawża ta’ ħafna fatturi, fosthom żieda fil-volumi ta’ negozju, inqas spejjeż ta’ finanzjament wara li l-Grupp kien iktar selettiv fis-sorsi tal-finanzjament tiegħu u l-implimentazzjoni ta’ miżuri fl-immaniġġjar tal-ispejjeż.
Wara t-tlestija b’suċċess f’Mejju 2018 tar-‘Rights Issue’ ta’ USD 105 miljun, l-kapital tal-Grupp fit-30 ta’ Ġunju kienet ta’ USD 274 miljun, li rriżulta f’CET1 ratio ta’ 16.7%.
Fl-għeluq tas-sitt xhur, l-Assi Konsolidati kienu ta’ USD 1.95 biljun, żieda ta’ 19 fil-mija fuq il-USD 1.64 biljun li ġie rrappurtat fl-aħħar tal-2017, filwaqt li l-Obbligazzjonijiet Konsolidati kienu ta’ USD 1.67 miljun, jew 14 fil-mija iktar mill-USD 1.47 biljun irrappurtat fl-aħħar tal-2017.
Waqt li ikkummenta fuq ir-riżultati finanzjarji, is-CEO tal-Grupp FIMBank Murali Subramanian stqarr li “Irriżultati
għall-ewwel sitt xhur tal-2018 jirriflettu d-diversi oqsma fundamentali ta’ prestazzjoni ta’ FIMBank u l-bini ta’ pjattaforma sostenibbli għal iżjed suċċess fil-ġejjieni. Il-Grupp wera li kien kapaċi jitrasforma n-negozju tiegħu, fil-ġenerazzjoni tal-profitabbiltà u fil-provvediment ta’ pjattaforma għat-tkabbir tul l-aħħar tnax-il trimestru.” Is-Sur Subramanian saħaq ukoll fuq it-titjib qawwi fil-prestazzjoni ewlenija tal-Grupp fejn spjega li din seħħet fil-pilastri ewlenin tal-operat u kopriet il-ġenerazzjoni tal-kummerċ u tad-dħul, il-ġestjoni 29 ta’ Awwissu 2018 tar-riskju u tal-infiq.
“Minkejja s-sitwazzjoni ekonomika madwar id-dinja, l-isforzi għal negozju ġdid tal-Grupp avvanzaw, li wasslu biex tkabbru l-assi tal-klijenti u wera fluss qawwi ta’ negozju fil-prodotti u fis-swieq kollha differenti li fihom jopera”, saħaq is-CEO ta’ FIMBank. Kompla biex jgħid li, “B’riżultat ta’ dan, il-ġenerazzjoni tad-dħul ewlieni rat tkabbir minħabba volumi ikbar, riżultati aħjar, u inqas spejjeż ta’ finanzjament.”
Is-Sur Subramanian attribwixxa wkoll ir-riżultati pożittivi għal nofs is-sena tal-Grupp għall-miżuri ta’ suċċess
fl-immaniġġjar tal-ispejjeż, kemm f’termini relattivi kif ukoll f’termini assoluti. Skont is-CEO, “minkejja li nnegozju
l-ġdid u l-iżvilupp tan-negozju jibqgħu prijorità għall-Grupp, il-fowkus fuq il-kwalità tal-assi u l-livell aċċettabbli ta’ riskju baqgħu importanti immens u rriżultaw f’kopertura tal-provvediment aħjar fuq indebboliment tas-self bl-isforzi tal-irkupru li baqgħu jagħtu r-riżultati mistennija.”
Huwa jantiċipa li l-istrateġija adottata s’issa se tkompli tevolvi: “fix-xhur li ġejjin, il-Grupp se jagħmel użu mill-ħila qawwija tiegħu u mill-kultura tal-operat imtejba sabiex ikabbar l-offerta diversifikata tiegħu tal-prodott.”
Dr John C. Grech, iċ-Chairman tal-Grupp FIMBank esprima s-sodisfazzjon tal-Bord dwar ir-riżultati tal-ewwel
nofs tas-sena 2018. Hu stqarr li “il-prestazzjoni pożittiva ta’ FIMBank, li issa estendiet fit-tielet sena tagħha, għandha sors speċifiku ħafna. Hija l-konsegwenza diretta ta’ bidla strateġika fil-fowkus li kienet immirata b’suċċess lejn il-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu tas-swieq. Din il-prestazzjoni ta’ suċċess, imwettqa bi ppjanar sod u b’ammonti kbar ta’ ħidma iebsa u perseveranza mit-tim kapaċi ħafna tagħna tal-management, immexxi mis-CEO, is-Sur Murali Subramanian, ikkontribwixxiet għat-twaqqif tal-Grupp FIMBank bħala istituzzjoni bankarja iktar robusta bbażata fuq dixxiplina ta’ kummerċ, operat allinjat b’mod ċentrali u l-ġestjoni effettiva ta’ riskji tal-intrapriża.”
Sadattant, il-Bord tad-Diretturi ta’ FIMBank mhux se jkun qed jirrakkomanda dividend interim għall-dan il-perjodu.
Għal iktar informazzjoni dwar FIMBank plc, jekk jogħġbok żur http://www.fimbank.com