Stazzjon tal-ferrovija fiċ-Ċina, meqjus fost l-aktar bieżla fil-pajjiż, spiċċa mgħerreq bl-għargħar; f’xena li rat passiġġieri ddisprati jippruvaw joħorġu jiġru filwaqt li oħrajn inġarru mal-kurrent tal-ilmijiet.
F’filmati xokkanti, uħud mill-passiġġieri jidhru bil-wieqfa fuq siġġijiet u saħansitra jiddendlu mas-saqaf biex jippruvaw jeħilsu l-ilma li baqa’ tiela’ sal-quċċata.
Kien hemm min ħa filmati ta’ dawn il-mumenti u ppubblikahom fuq il-midja soċjali, filwaqt li oħrajn dehru jċemplu lill-maħbubin tagħhom jew lill-awtoritajiet għall-għajnuna.
Eventwalment, mijiet ta’ persuni kienu salvati minn mina taħt l-art, u minn tal-inqas tnax-il persuna tilfu ħajjithom f’dan id-diżastru.
Ir-reġjun fejn seħħ dan il-każ ra iktar xita fi tlett ijiem milli s-soltu jara f’sena sħiħa.
Ritratt: Getty Images