Il-Lanċa P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta, b’73 uffiċjal Malti abbord, waslet f’Benghazi fil-Libja.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri kiteb kif bħalissa, qed jinħattu l-għodda li ġew mgħobbija fuq l-istess lanċa biex jibda l-vjaġġ lejn Derna ħalli tibda l-ħidma ta’ salvataġġ f’dan il-pajjiż ġar tagħna.
Filmat esklussiv li wasal għand ONE News juri l-vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jitniżżlu minn fuq il-lanċa biex eventwalment, tibda l-operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Libja.
Il-vjaġġ lejn Benghazi beda matul il-lejl li għadda, fejn 73 uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili, fosthom infermiera u tobba, ħallew pajjiżna biex jassistu f’din il-missjoni.
AQRA AKTAR: