Kellha biss seba’ ġimgħat meta ċ-ċkejkna Grace tilfet ħajjitha f’sodda għat-trabi. L-omm tispjega li t-tifla tagħha mietet minħabba żball fid-disinn tal-cot u li kawża t’hekk it-tarbija tilfet ħajjitha fi ftit sekondi. Meta serħet rasha fuq din is-sodda tat-trabi, it-tarbija spiċċat qatgħet il-carotid sinus li huwa responsabbli minn funzjonijiet differenti tal-ġisem u spiċċat tilfet ħajjitha.
Il-missier spjega l-mument devastanti meta sema’ l-omm tgħajjat u tibki hekk kif sabet lil bintha mejta. Traġedja li żgur ma kienux qed jistennew. Il-missier emozzjonat spjega li f’dak il-mument l-omm imbikkma bdiet tgħajjat “Grace mietet, Grace mietet.”
Kien f’dak il-mument li fil-paniku, l-ġenituri ħadu lit-tarbija l-isptar, iżda kien tard wisq, it-tarbija ma kellha ebda tama li tgħix. “Konna flimkien inżommu t-tarbija f’idejna, omm it-tarbija Esther bdiet tagħmel kuraġġ bi storja li kienet qrat dwar koppja Awstraljana, li t-tarbija tagħhom kienet twieldet mejta iżda wara ftit ħin it-tobba ntebħu li kienet qed tieħu nifs – bħal donnu miraklu.”
L-omm baqgħet tittama li ma binthom ukoll seta’ jsir miraklu, u poġġiet għall-45 minuta bi Grace f’idejha u tiprova terġa’ ittiha l-ħajja.
Meta tressqu l-akkużi li l-kumpanija kienet responsabbli għall-mewt ta’ din iċ-ċkejkna, l-kumpanija rrispondiet li setgħet kienet oħtha li qatlitha. Wara dan l-inċident li ħalla t-tarbija mejta, l-kumpanija immodifikat din is-sodda għat-trabi, iżda żgur li dawn il-ġenituri ma jistgħux jirranġaw dan l-iżball u jieħdu lil binthom lura.