X’sar minnhom iċ-ċinji ta’ Marsalforn?
Fid-dawl li bħalissa hemm twissija ta’ riefnu, staqsejna lil Nathaniel Attard, rappreżentant ta’ Birdlife Malta. Spjegalna li iċ-ċinji jaf jitilqu minn pajjiżna.
Dan minħabba li f’dan iż-żmien jkunu qed ifittxu abitat li hu aktar sħun minn fejn telqu, u jekk it-temperatura tkompli tinżel, probabilment jgħażlu li jitilqu fuq rotta differenti. Attard qalilna wkoll li filwaqt li jaf ikun hemm il-possibilità li ċ-Ċinji jitilqu, bħal fil-każ li kien ġara meta ġew il-flamingi, iċ-Ċinji jissaportu ferm aktar kesħa mill-flamingi u għalekk jaf ikun il-każ li jibqgħu fejn huma.
Hu qalilna li din mhux ir-rotta li normalment jieħdu, hekk kif dawn iċ-Ċinji jaf telqu minn pajjiż fil-Lvant bil-għan li jinżlu lejn l-Afrika għal abitat aktar sħun iżda minflok għażlu li jinżlu f’Marsalforn f’Għawdex.
Irrakkonta wkoll incident riċenti fejn iċ-Ċinji li kienu Marsalforn taru lejn Wied taż-Żejta, li jinsab fir-Rabat Għawdex.
Ġara li wara li reġgħu telqu lejn Marsalforn, waħda spiċċat abbandunata wara li ndarbet meta ġiet attakkata minn numru ta’ papri. Iċ-Ċinji ġiet salvata minn kaċċatur li kien fil-qrib taħt l-osservazzjoni tal-Pulizija fejn qed tiġi osservata lejl u nhar.
Ritratti: Fabio Ċini