Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta’ Transport Malta, wettqet numru ta’ xogħlijiet estensivi tul dan is-Sajf, b’oħrajn għadhom qed jitwettqu. Dan sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku qabel tibda l-iskola, jonqsu l-inċidenti tat-traffiku u b’hekk titjieb il-kwalità fit-toroq Maltin.
Ix-xogħlijiet jifformaw parti minn pjan li se jkun qed jitwettaq fis-snin li ġejjin fejn filwaqt li numru ta’ proġetti jaf jitwettqu b’mod immedjat, oħrajn se jkunu qed jitlestew gradwalment.