Bosta bliet u rħula fin-Nofsinhar tal-pajjiż reġgħu ntlaqtu minn ħalba silġ qawwija tant li bosta nħawi nksew b’tapit abjad ta’ silġ.
Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru bosta nħawi tal-pajjiż miksija bis-silġ fosthom f’Ħal Luqa, il-Marsa u l-Ħamrun.
L-uffiċċju meteoroloġiku fl-ajruport qal li mistennija ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ ser jaffettwaw lill-Gżejjer Maltin f’xi waqtiet.