Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ħax media miegħu meta mar jippreżenta dokument dwar in-negozji lill-ħwienet tal-Belt. Għax wara li faqqa’ l-iskandlu PagiPN qiegħed jevita l-media.
Meta dan id-dokument mar jippreżentah lill-ħwienet ta’ Ħ’Attard u s-Swieqi sejjaħ lill-media kollha biex tmur miegħu. Rajnih idur ħanut, ħanut u wara waqaf iwieġeb il-mistoqsijiet (jew aħjar dawk li għoġbuh).
Iżda, meta dalgħodu mar fl-iktar triq kummerċjalment bieżla, ried imur waħdu. Ma riedx ġurnalisti miegħu. Tgħidx għax kien jaf li se jistaqsuh fuq l-iskandlu PagiPN?
Intant, ONE NEWS kien mgħarraf b’dak li kien għaddej u f’tebqa’ t’għajn konna l-Belt lesti biex nitolbu l-ispjegazzjonijiet. Partikolarment meta se jippubblika l-invoices bħala parti mill-iskema pagi PN. Iżda, kien kollu għalxejn.