Inawgurat f’Ħal Għaxaq monument li għandu jqajjem aktar kuxjenza lejn il-ħlejjaq bħalma huma l-annimali.
Il-monument ġie inawgurat tard il-Ħamis filgħaxija mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u ċ-ċkejken Quiven li meta kellu biss seba’ xhur tilef id-dawl t’għajnejh wara li sabulu tumur.
Madankollu l-ġemgħa preżenti waqt l-inawgurazzjoni setgħet tinnota mhux biss l-imħabba li Quiven għandu lejn l-annimali, iżda kif ma jaqta’ qalbu minn xejn. Huwa deher jitla’ fuq il-monument li jinkludi bosta annimali u jmiss kull annimal fosthom il-kelb li bħall-annimali l-oħra huma kollha maħdumin fil-ġebla Maltija.
Il-monument huwa xogħol Twanny Vella li ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem qatigħ biex jara din il-ħolma ssir lealtà.