Tifel spiċċa f’paniku kbir wara li t-terremot li laqat lil Katanja ħalla ħerba fid-dar tiegħu.
F’filmat miġbud minnu stess, it-tifel jinstema’ jgħajjat lil ommu jwerżaq “Id-dar tagħna! Id-dar tagħna!” fejn juri r-residenza tagħhom imħarbta bil-ħitani jidhru li ġarrbu xi ħsarat u jkompli jistaqsi “Fejn se mmorru? Fejn se mmorru?”
Kien kmieni fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu li terremot ta’ qawwa 4.8 fuq l-iskala Richter heżżeż lil Sqallija, l-aktar fil-madwar tal-vulkan Etna, fejn indarbu żewġ persuni.
Kawża tat-terremot saret ħsara lil numru ta’ binjiet b’uħud jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.
Ritratt: Ir-residenza tat-tifel/ħsarat f’binjiet oħrajn