It-tieqa tal-Mielaħ f’Għawdex bdiet tattira aktar nies u turisti. Dan wara li t-Tieqa tad-Dwejra ġġarrfet għal kollox l-Erbgħa. Kienu bosta li propju kkumentaw dwar il-fatt li f’Għawdex hemm ukoll tieqa oħra li tista’ sservi ukoll ta’ attrazzjoni għat-turisti li jżuru l-gżira ta’Għawdex.
Iżda għadu kmieni wisq biex inkunu nafu jekk din it-tieqa, li ukoll toffri spettaklu ta’ sbuħija, hux se tkun qed tieħu post it-Tieqa tad-Dwejra. Dan hekk kif id-destin tad-Dwejra għadu qed jiġi diskuss, biex iż-żona tiġi preservata bl-aħjar mod.