Tarbija ta’ 10 xhur tilfet ħajjitha wara li żelqet minn id ommha minn escalator, fejn allegatament kien stessu li ried jieħu l-missier li wassal għal dan l-inċident fl-Indja.
Filmat minn kameras tas-sigurtà juri lill-koppja tieħu stessu barra ħanut qrib l-escalator, fejn wara mxew ftit u telgħu fuq it-taraġ biex jitilgħu fuq.
Hekk kif jitilgħu fuq l-escalator li jinsab f’kumpless fl-Indja, l-omm li kienet qed iżżomm lit-tarbija tilfet il-bilanċ bil-konsegwenza li t-tarbija waqgħet bejn il-ħadid tal-escalator, għaddiet mill-ġenb u baqgħet nieżla sular għal isfel.
Skont persuni li kienu fuq il-post jidher li r-raġel staqsa lil martu għal stessu waqt li kienu fuq l-escalator bil-konsegwenza li l-omm tilfet il-bilanċ.
It-tarbija ttieħdet dirett l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.