Splużjoni f’powerstation fi New York inbidlet fi spettaklu ta’ bla ħsieb, hekk kif is-sema bdiet tiddi b’kulur turkważ. Xi ħaġa li ħolqot spekulazzjoni sħiħa fuq il-midja soċjali, b’bosta jiddiskutu jekk waslux l-aljeni, oħrajn jgħidu li kienet xi ħaġa sopranaturali, filwaqt li kien hemm min ħaseb li Ġesù Bambin reġà twieled u kien fi New York.
Spekulazzjonijiet li ma damux wisq, bid-Dipartiment tal-Pulizija fi New York jassigura lill-pubbliku li d-dawl stramba fis-sema ma kien xejn għajr frott splużjoni ta’ powerstation fl-inħawi t’Astoria.
Sadanittant, il-qtugħ ta’ dawl affettwa l-operat tal-Ajruport ta’ LaGuardia u għaldaqstant huwa mistenni dewmien fit-titjiriet matul il-jum.