Sorpriża mill-isbaħ kienet dik għall-infermiera Renee li taħdem fl-isptar ta’ WellStar Kenenstone f’Ġeorġja. Din l-infermiera hija maħbuba mill-bosta hekk kif matul is-snin ħadet ħsieb u salvat eluf ta’ trabi li twieldu qabel iż-żmien.
Dan il-filmat mill-isbaħ juri kemm ix-xogħol tagħha ġie apprezzat mill-ġenituri u t-tfal. Numru ta’ tfal li din l-infermiera rnexxielha ssalva bid-dedikazzjoni u l-ħidma tagħha żaru lil Renee.
Ma setgħetx temmen kemm kibru u hija bdiet tibki bl-emozzjoni u l-ferħ. Dan il-filmat juri l-importanza tal-ħaddiema fl-isptar, fost oħrajn, li ta’ kuljum jaħdmu biex dawk l-iktar għeżież għalina jingħataw l-aqwa kura.