Wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-Awditur Ġenerali, Jason Azzopardi, qiegħed jaħrab il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Wara li nhar it-Tlieta filgħaxija d-deputat Jason Azzopardi daħal il-Parlament minn parti fejn ma stajniex ngħamlulu l-mistoqsijiet, illum konna kostretti nistennewh wara l-bieb tal-uffiċċju tiegħu f’Raħal Ġdid. Iżda, minkejja dan ħarabna u ma riedx iweġibna.