L-istilla ta’ Bollywood Priyanka Chopra żżewġet lill-kantant Nick Jonas fl-Indja tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
It-tieġ kien segwit minn miljuni madwar id-dinja, mhux biss minħabba l-qlub miksura ta’ bosta tfajliet li kibru jisimgħu il-mużika ta’ Jonas, iżda wkoll għax ħafna tpaxxew bil-libsa tat-tieġ u l-velu ta’ Chopra.
Il-mant biss kien twil 23 metru, jiġifieri daqs erba’ ġiraffi, jew daqs kwart l-Istatue of Liberty f’ New York. Il-libsa kienet iddisinnjata mill-istilista Ralph Lauren.
Jonas u Chopra ħabbru li se jiżżewġu fis-sajf li għadda, bit-tieġ ikun immexxi minn missier Jonas, Paul Kevin.