Nitkellmu ħafna dwar il-bullying fl-iskejjel u jsiru ħafna kampanja t’għarfien bl-għan li dan jonqos, iżda xorta waħda għadna nisimgħu b’numru ta’ każijiet. Kien għal dan l-għan li l-prinċipal ħa deċiżjoni mhux tas-soltu biex jagħti tagħlima lill-istudenti tiegħu li ma jinsew qatt.
Tifel li qaxxar xagħru bħala ġest verament sabiħ, spiċċa vittma tal-bullying fl-istess skola. Iċ-ċkejken qaxxar xagħru biex jagħmel kuraġġ lin-nannu tiegħu li bħalissa qed jiġġieled il-battalja kontra l-kanċer.
Kien għalhekk li l-prinċipal faħħar mal-istudenti l-ġest ta’ dan it-tifel li l-iskop warajh, l-istudenti ma kienux jafuh iżda kien ġest ieħor tal-għalliem li ġibeb l-attenzjoni. Il-prinċipal ħalla lit-tifel li kien qed jiġi bullied iqaxxarlu xagħru quddiem it-tfal kollha biex hu ukoll juri s-sens ta’ rispett għan-nannu tat-tifel.
L-għan kien li jgħallem lit-tfal lezzjoni għal ħajjithom dwar il-bullying.