Għall-ħabta tas-18:40 tim mediku mill-isptar Mater Dei kien involut f’ħidma delikata ħafna biex joħorġu raġel li nqabad f’vettura fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar fl-istess triq.
Il-ħaddiema tal-emerġenza kellhom biċċa xogħol diffiċli biex joħorġu lill-vittma mill-karrozza li safa maqbud fiha.
Wara ħidma ta’ kważi nofs siegħa ir’ raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura necessary. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel ġarrab ġrieħi gravi u jidher li l-inċident kien ikkawżat wara li s-sewwieq ħassu ħażin fil-mumenti ta’ qabel il-ħabta.
Intant sorsi fuq il-post qalu li din kienet il-ħames darba li l-istess dar soffriet ħsarat f’inċidenti simili.