Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident f’Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:00 fi Triq San Ġużepp f’Santa Venera meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn żewġ vetturi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet persuna waħda l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.