Żewġt irġiel ġarrbu ġrieħi b’ta’ wieħed minnhom ikunu ta’ natura gravi wara ħabta bejn tliet karozzi f’Santa Venera s-Sibt waranofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa fi Triq il-Ferrovija, meta karozza tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Birkirkara, ħabtet ma’ Peugout 106 misjuqa minn raġel ta’ 61 sena minn Birkirkara.
F’dan l-inċident kienet involuta karozza BMW misjuqa minn mara ta’ 21 sena minn Santa Venera, li iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi. Kawża ta’ dan l-inċident, karozza Mercedes li kienet ipparkjata fit-triq ġarrbet xi ħsarat.
Ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel l-isptar fejn ġie ċċertifikat li r-raġel ta’ 61 sena qed isofri minn ġrieħi gravi. Iż-żgħażugħ ta’ 19-il sena sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.